Raġel bi ġrieħi f'wiċċu u b'daqqa fl-istonku jallega li ġie aggredit fil-venda tal-Belt

Huwa qal li l-attakk seħħ minn persuna li kellu arma li taqta' u bil-ponta

Ilbieraħ għall-ħabta tas-7p.m., il-Pulizija ġiet infurmata miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana li kien daħal raġel, Marokkin ta' 22 sena, b'xi ġrieħi f'wiċċu u b'daqqa fl-istonku. 

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u mill-investigazzjoni li saret irriżulta li ftit ħin qabel għall-ħabta tas-6:30 p.m. il-vittma, residenti Birżebbuġa, kien qiegħed fil-venda tal-linja qrib Pjazza Tritoni u allegatament ġie attakkat b'xi arma li taqta' u bil-ponta. 

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li weġġa' gravi. 

Il-Pulizija għaddejja bl-istħarriġ tagħha rigward il-każ. 

More in Kronaka