Żewġ studenti l-isptar wara li x-xufier tal-vann tilef il-kontroll u daħal f'ħajt

FIl-ħin tal-inċident fil-vann kien hemm 12-il student

Żewġ studenti ddaħħlu l-isptar Mater Dei wara inċident tat-traffiku li seħħ illum waranofsinhar fl-Imsida.

Il-każ seħħ fi Triq l-Isqof F S Caruana.

Il-Pulizija qalu lil dan is-sit li għal xi raġuni x-xufier tilef il-kontroll u baqa' dieħel f'ħajt.

Fil-vann kien hemm 12-il student. Tnejn minnhom weġġgħu u ddaħħlu Mater Dei.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhijiex magħrufa.

More in Kronaka