Vann jintradam taħt kamra wara li s-sewwieq sofra minn problema medika u tilef il-kontroll

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-pulizija diġà qegħdin fuq il-post jinvestigaw iżda s'issa ma hemm l-ebda informazzjoni

Ritratt mehud mis-sit ta' Lovin Malta
Ritratt mehud mis-sit ta' Lovin Malta

Sewwieq ta' vann Isuzu, baqa' dieħel ġo kamra mibnija mal-mini fi triq Mikiel Anton Vassalli, direzzjoni għal San Ġiljan. 

Għalkhemm id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-pulizija diġà qegħdin fuq il-post jinvestigaw, s'issa ma hemm l-ebda informazzjoni dwar l-kundizzjoni tar-raġel.

Il-Kelliem tal-pulizija kkonferma mal-ILLUM li l-inċident seħħ madwar is-13:30.p.m wara li x-xufier tilef il-kontroll "minħabba problema medika."

Iktar informazzjoni se tkun qed tingħata 'l quddiem.

More in Kronaka