Il-Kummissjoni Ewropea tapprova għotja ta' €12-il miljun lill-MIA biex tkopri l-impatt tal-Covid-19

Din l-għotja se tingħata bħala parti mill-miżura li implimentat il-Kummissjoni Ewropea biex tagħmel tajjeb għal dawk il-kumpaniji li ġew milquta mill-pandemija

L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta (MIA) se jkun qed jingħata €12-il miljun f'kumpens mill-Kummissjoni Ewropea għal-perjodu diffiċli li esperjenza waqt iż-żmien tal-pandemija, speċifikament fil-perjodu bejn il-21 ta' Marzu u t-30 ta' Ġunju 2021. Dan fid-dawl ta' restrizzjonijiet li jolqot is-safar li kienu mplimentati kontra l-imxija tal-Covid-19. 

Din l-għotja se tingħata bħala parti mill-miżura li qed timplimenta l-Kummissjoni stess, biex tgħin lill-kumpaniji li ġew milquta u lill-operaturi tal-ajruporti tal-istati membri tagħha. 

More in Kronaka