Id-Dwana Maltija b'qabda kbira ta' 800 kilo kokaina mill-Kolombja fi triqitha lejn it-Turkija

Il-valur tal-kokaina huwa ta' ftit aktar minn €108 miljun

Id-dwana b'qabda rekord oħra
Id-dwana b'qabda rekord oħra

Id-Dwana Maltija mill-ġdid illum irreġistrat qabda storika u rekord ta' droga kokaina hekk kif f'operazzjoni twila li bdiet ilbieraħ u kompliet illum interċettat 800 kilo kokaina minn kontejner. Dan il-kontejner  - li kien għaddej fi tranżitu mill-Port Ħieles u li kien telaq mill-Kolombja u sejjer it-Turkija - kellu b'kollox 800 pakkett ta' sustanza bajda f'26 kaxxa, liema sustanza rriżultat li kienet kokaina ta' purità għolja.

Kienet il-Pulizija mill-Iskwadra tad-Droga li kienu mgħajjta fuq il-post u li spezzjonaw il-kaxxi. B'kollox din il-kokaina kienet ta' €108.2 miljun f'valur tat-triq.  Is-sena l-oħra wkoll - fakkar fi stqarrija d-Dipartiment tad-Dwana inqabdet 740 kilo kokaina li kellha l-valur ta' €100 miljun,

 

 

 

More in Kronaka