Raġel jitlef ħajtu f'Ħal Luqa meta waqa`minn għoli ta’ madwar disa’ metri wara li ċeda bih raff

Ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei iżda sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet fl-isptar

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-10:30.a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident ġewwa stabbiliment fi Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa.

Il-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 56 sena residenti Tas-Sliema, sofra xi ġrieħi meta waqa`minn għoli ta’ madwar disa’ metri minħabba li ċeda bih raff.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u mill-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei iżda sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana li fetaħ inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka