Arrestat raġel b'rabta ma' serq minn kumpanija privata li jammonta għal eluf ta' ewro

Il-Pulizija wettqet żewġ tfittxijiet f’żewġ garaxxijiet f’San Pawl il-Baħar u rnexxielha tidentifika wħud mill-oġġetti misruqa

Raġel ta’ 30 sena ġie arrestat wara investigazzjoni mill-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra dwar serq li seħħ fuq medda ta’ xhur.

Jidher li r-raġel seraq diversi oġġetti minn kumpanija privata u li l-valur tagħhom jammonta għal eluf ta’ ewro.

Il-Pulizija rnexxielha tidentifika l-oġġetti misruqa wara żewġ tfittxijiet f’żewġ garaxxijiet f’San Pawl il-Baħar.

Ir-raġel qed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana u mistenni jitressaq il-Qorti dalgħodu. 

More in Kronaka