Imut raġel waqt li kien marid bil-Covid-19 iżda l-każi attivi jkomplu jonqsu

Bħalissa f'Mater Dei hemm 90 pazjent u ħames pazjenti qed jingħataw il-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva

Fl-aħħar 24 siegħa, raġel ta' 65 sena tilef ħajtu waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.

Dan ifisser li minn meta faqqgħet il-pandemija, 570 persuna sfat vittma tal-Covid-19.

Madanakollu, il-każi attivi komplew jonqsu hekk kif għal darb'oħra fiequ aktar pazjenti milli nstabu każi ġodda.

Fil-fatt, fl-aħħar sigħat, instabu 175-il każ ġdid filwaqt li fiequ 236 persuna. Dan ifisser li f'Malta hawn 2,331 persuni morda bil-virus.

Bħalissa f'Mater Dei hemm 90 pazjent u ħames pazjenti qed jingħataw il-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

334,448 persuna issa ħadu l-booster tal-vaċċin. 

More in Kronaka