Raġel ta' 30 sena jaqa' mill-Ġnien ta' Hastings u jitlef ħajtu fuq il-post

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija, ftit wara is-6:00.p.m fil-Belt Valletta

Ilbieraħ filgħaxija, ftit wara is-6:00.p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li persuna tinstab mixħuta mal-art fil-foss ta' San Ġakbu.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel ta’ 30 sena residenti Birkirkara, allegatament waqa’ mill-għoli, mill-Ġnien ta’ Hastings.

Tim mediku ssejjaħ fuq il-post iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Elaine Mercieca LL.D filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka