Yorgen Fenech jingħata l-ħelsien mill-arrest fuq każ wieħed biss ... iżda jibqa' taħt arrest

F’dan il-każ Fenech jinsab akkużat b’ħasil ta’ flus, huwa ingħata l-ħelsien mill-arrest kontra depożitu ta’ €30,000 u garanzija personali ta’ €70,000

Kmieni llum, Yorgen Fenech ingħata ħelsin mill-arrest fuq każ wieħed biss. Il-Maġistrat li qed tippresiedi l-proċeduri ta’ ħasil ta’ flus kontrih qieset l-imġiba kriminali nadifa tiegħu, il-kooperazzjoni tal-akkużat mal-awtoritajiet u l-ammont żgħir allegat li ġie frodat. Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech tat libertà proviżorja kontra depożitu ta’ €30,000 u garanzija personali ta’ €70,000.

Fenech ġie ordnat biex ma jivvjaġġax barra minn Malta, li jiddepożita l-karta tal-identità, ma jersaqx lejn ix-xhieda tal-prosekuzzjoni jew iwettaq reat ieħor waqt li jkun fuq pleġġ filwaqt li jiffirma l-ktieb darbtejn kuljum u josserva curfew.

Ġimgħa ilu l-Maġistrat Frendo Dimech tagħti l-aħħar ċans lill-prosekuzzjoni niex jiltgħu x-xhieda kollha, is-seduta kompliet illum. Wara nofsinhar xehdu diversi uffiċjali tal-kumpanija Tumas Group, f’dan il-każ Fenech jinsab akkużat b’ħasil ta’ flus. 

Meta l-prosekuzzjoni sostniet li l-akbar biża’ kienet li l-akkużat jista' faċilment jaħrab jekk jingħata l-libertà proviżorja, il-Maġistrat rrimarkat li l-assi tal-akkużat f’Malta diġà huma ffriżati u ma saret l-ebda talba biex jiġu ffriżati assi barra minn Malta iżda l-prosekuzzjoni naqset milli tissostanzja l-biża’ tagħha li Fenech jaħrab anke jekk huwa għandu konnesjonijiet interazzjonali.

More in Kronaka