Wara l-kumpens issa jitlob lill-Qorti tiddikjara l-Att dwar is-Servizzi tas-Sigurtà anti Kostituzzjonali

George Degiorgio wissa lill-Qorti biex tiddikjara l-Att dwar is-Servizzi tas-Sigurtà mhux kostituzzjonali jew inkella se jkun qed jitlob għad-danni.

Wieħed mill-aħwa Degiorgio, George Degiorgio, ppreżenta protest ġudizzjarju iktar kmieni dalgħodu fejn wissa lill-Qorti li jekk mhux se tiddikjara l-Att dwar is-Servizzi tas-Sigurtà mhux kostituzzjonali u tħassar kull evidenza miksuba bħala riżultat ta’ dak l-Att, se jkun qed jitlob għad-danni.

Fir-rikors ta’ 17-il paġna quddiem il-Qorti Kostituzzjonali l-avukat difensur argumenta li mhux biss kien hemm ksur tad-dritt tiegħu għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, iżda wkoll tad-dritt tiegħu għal proċess ġust. 

Dan hu biss parti mill-appell li seħħ min-naħa ta' Degiogio wara li l-ilment tiegħu dwar ksur ta’ dritt għal smigħ ġust u imparzjali ma ġiex aċċettat il-ġimgħa l-oħra lanqas. Dakinhar George Degiorgio kien ingħata kumpens ta’ €10,000 taħt ordni tal-Qorti, talli nkisrulu d-drittijiet tal-privatezza meta ġew interċetattati xi telefonati mingħajr ma nħareġ il-mandat għalihom. 

 

More in Kronaka