Immigrant jiġi deportat minn Malta wara li nqabad b'disa' grammi kannabis

L-avukat tiegħu, sostna li l-imputat kellu rekord kriminali nadif u li l-ammont ta’ drogi misjuba kien żgħir

Immigrant li ammetta li kien fil-pussess ta’ disa' grammi kannabis ġie meħlus b’mod kondizzjonali u se jiġi deportat.

Il-ġuvni ta’ 25 sena mill-Gambja ġie mixli li fit-18 ta’ Ottubru kellu fil-pussess tiegħu ftit grammi ta' kannabis f’Ta ’Fra Ben fil-Qawra.

L-Ispettur Alfredo Mangion ippreżenta lir-raġel quddiem il-maġistrat Joe Mifsud kmieni illum. Ir-raġel ma kellux il-permess meħtieġ biex jgħix Malta u nstab li kien qed jgħix fil-gżira illegalment. Huwa ammetta l-akkuża.

L-avukat tiegħu, sostna li l-imputat kellu rekord kriminali nadif u li l-ammont ta’ drogi misjuba kien żgħir.

Il-Qorti ħelset b'mod kundizzjonali lir-raġel iżda peress li kien qed jgħid f'Malta illegalment, se jiġi deportat.

More in Kronaka