Raġel fil-periklu tal-mewt u ieħor iweġġa' ħafif wara li waqa' fuqhom ġebel f'sit ta' kostruzzjoni

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jissejħu fuq il-post biex jassistu

Żewġt irġiel li għandhom 40 u 24 sena ddaħħlu Mater Dei wara li weġġgħu waqt li kienu qed jaħdmu f’sit ta’ kostruzzjoni fl-inħawi ta’ Triq Vincenzo Dimech, il-Furjana.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li l-irġiel, it-tnejn mill-Bandladesh, weġġgħu wara li waqa’ xi ġebel fuqhom.

Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadithom l-isptar għall-aktar kura.

Aktar tard, ir-raġel ta’ 40 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament filwaqt li l-ieħor ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

Il-Maġistrat tal-Għassa ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

More in Kronaka