Ippreżenta ruħu bħala raġel li qed jiġbor xi flus; Jisraq anzjan ta' 95 sena

Is-serqa seħħet nhar it-18 ta' Ottubru waranofsinhar fi Triq Qrejten

Il-Pulizija arrestat raġel ta' 46 sena wara li ġie identifikat bħala l-aggressur li allegatament wettaq serqa minn residenza ta' anzjan ta' 95 sena.

Is-serqa seħħet nhar it-18 ta' Ottubru waranofsinhar fi Triq Qrejten.

Mill-ewwel stħarriġ, irriżulta li raġel ħabbat il-bieb tar-residenza u preżenta ruħu bħala persuna li ġiet inkarigata tiġbor xi flus.

Huwa daħal ġewwa u kif l-anzjan kien qed itih il-flus, ħataflu lbasket u ħarab.

L-investigazzjonijiet baqgħu għaddejin u lbieraħ, ir-raġel ġie arrestat u ttieħed fil-lock-up tal-Pulizija, il-Furjana, għal aktar investigazzjonjiet.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu.

More in Kronaka