Armi tan-nar u munizzjon jinstabu f'vettura li kienet għadha kemm waslet Malta minn Sqallija

Mill-vettura ġew ikkonfiskati shot gun, airgun u flare gun

Uffiċjali tad-Dwana lbieraħ sabu armi tan-nar li kienu qed jinġarru f’vettura li kienet għadha kemm waslet Malta bil-katamaran minn Sqallija.

L-uffiċjali kienu qed jagħmlu spezzjonijiet fil-port, meta vann twaqqaf għal aktar tfittxija.

Kien ix-xufier li minnufih informa lill-uffiċjali li kien qed iġorr armi tan-nar.

Mill-vettura ġew ikkonfiskati shot gun, airgun, flare gun u anke xi munizzjon. 

Dawn bħalissa jinsabu f’idejn il-Pulizija għal aktar stħarriġ.

More in Kronaka