Tliet irġiel deheru jaħarbu b'xi basktijiet mir-residenza fejn seħħ qtil doppju f'Tas-Sliema

Christian Pandolfino u s-sieħeb tiegħu jinsabu maqtula f'għadira demm ...

Christian Pandolfino (xellug) u s-sieħeb tiegħu (lemin) Ivor Maciejowski
Christian Pandolfino (xellug) u s-sieħeb tiegħu (lemin) Ivor Maciejowski

Jidher illi tliet irġiel ħarbu b'basktijiet f'idejhom u telqu mill-post fejn matul dan il-lejl seħħ qtil doppju - ta' Christian Pandolfino u s-sieħeb tiegħu Ivor Maciejowski fi Triq Locker, kantuniera ma' Triq Tony Nicholl, f'Tas-Sliema b'karozza bajda.

Jidher illi din l-informazzjoni - żvelata mis-sit one.com.mt - kienet żvelata permezz ta' kameras tas-sigurtà li jinsabu fuq il-post. 

Kien ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-10:30 p.m illi nstemgħu tiri ġejjin mir-residenza bil-pulizija jissejħu fuq il-post u jsibu lill-koppja f'għadira demm. 

Jidher ukoll li hemm żewġ possibilitajiet li qed tħares lejhom il-Pulizija: Jew li xi ħadd daħal biex jisraq id-dar jew inkella li xi ħadd li kien preżenti fir-residenza kellu argument mal-koppja u qatel liż-żewġt irġiel. 

Wieħed mill-irġiel kien fis-sular ta' isfel u l-ieħor fis-sular ta' fuq. 

Il-Pulizija wettqu diversi tfittxijiet matul il-lejl filwaqt li bdiet inkjesta maġisterjali immexxija mill-Maġistrat Ian farrugia. 

More in Kronaka