Fil-periklu ta' mewt wara li tilfet il-kontroll tal-karozza u ħabtet ma' siġra

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30am fi Triq l-Imdawra, in-Naxxar

Mara ta' 65 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilfet il-kontroll tal-vettura li kienet qed issuq u ħabtet ma' siġra.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30am fi Triq l-Imdawra, in-Naxxar.

Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lil mara, residenti Għajnsielam u ssejħet ukoll ambulanza li ħadet lil mara l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Iktar tard, hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li fetħet inkjesta rigward il-każ fejn ġew maħtura numru ta’ esperti sabiex jassistuha.

More in Kronaka