Raġel b'mutur isofri minn ġrieħi gravi ... il-vettura li laqtitu tibqa' sejra

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja, waqt li qed ssir tfittxija għall-vettura involuta fil-ħabta

Raġel ta’ 25 sena ta’ nazzjonalità Portugiża, residenti l-Imsida, kmieni dalgħodu ttieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar.

Kienu għall-ħabta tas-6:15 a.m, x’ħin il-Pulizija ġiet infurmata li seħħet ħabta fi Triq Tul il-Kosta, fejn ir-roundabout tas-Salini.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li kien seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Husovarna SM610 mijsuq mir-raġel ta’ 25 sena u vettura oħra, li skont is-sewwieq tal-mutur, telqet minn fuq il-post tal-inċident. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna fuq il-post, bis-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar b’ambulanza. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja, waqt li qed ssir tfittxija għall-vettura involuta fil-ħabta.
 
 

More in Kronaka