50 persuna oħra mmultati €100 kull wieħed wara li nqabdu f'ġemgħat ta' aktar minn tlieta

Intant ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fis-639 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa

Ħamsin persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondo li qed tagħmel il-Pulizija tagħmel biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi

Intant ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fis-639 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa. 

L-appell tal-awtoritajiet jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet. 

More in Kronaka