Mara l-Isptar wara inċident bejn żewġ karozzi fi Triq Aldo Moro

Is-sewwieqa taż-żewġ karozzi ma weġġgħux, iżda passiġġiera sofriet ġrieħi gravi

Illum għall-ħabta tal-ħamsa u kwart ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm ħabta fi Triq Aldo Moro, il-Marsa. Minn investigazzjoni preliminari li saret mill-Pulizija tad-Disrett irriżulta li l-ħabta seħħet bejn vettura tat-tip Toyota Yaris, misjuqa minn raġel ta’ 26 sena residenti fil-Kalkara u vettura tat-tip BMW, misjuqa minn raġel Taljan ta’ 26 sena residenti fiż-Żurrieq.

Konsegwenza tal-inċident, it-Toyota Yaris baqgħet dieħla f’arblu tad-dawl. F’din ilvettura kien hemm wkoll passiġiera, mara ta’ 31 sena residenti l-Fgura. Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, il-Pulizija ġiet infurmata li l-mara ġie ċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. Is-sewwieqa taż-żewġ vetturi ma weġġgħux.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-incident għadha għaddejja. 

More in Kronaka