Anzjan ta' 87 sena jaqla' daqqa ta' arma tan-nar waqt ġlieda fix-Xewkija

Il-każ seħħ dalgħodu fi Triq tas-Salib

Anzjan ta’ 87 sena qala’ daqqa ta’ arma tan-nar waqt argument fi Triq tas-Salib fix-Xewkija.

Il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tal-10:20am.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li għal xi raġuni kien seħħ argument bejn l-anzjan ta’ 87 sena residenti x-Xewkija u raġel ta’ 35 sena residenti x-Xewkija wkoll.

L-anzjan ta' 87 sena sofra xi ġrieħi wara li allegatament qala’ daqqa ta’ arma tan-nar u ttieħed b'ambulanza l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura. 

Iktar tard, il ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta' natura gravi. 

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr. P. Coppini LL.D li ħatar inkjesta filwaqt li ż-żewġ persuni qed jiġu mitkelma mill-Pulizija.

More in Kronaka