Sewwieq ta' 16-il sena jipprova jaħrab mill-Pulizija, jitlef il-kontroll, jaħbat u jitlaq jiġri

Iż-żagħżugħ ġie arrestat ftit wara u fuqu nstab li kellu wkoll id-droga

Ilbieraħ filgħaxija, il-Pulizija kellha ssegwi vettura misjuqa minn żagħżugħ ta’ 16-il sena fl-inħawi tal-Wied ta’ Birkirkara.

Il-Pulizija segwiet il-karozza wara li nnutatu għaddejj b’veloċità kbira.

Minkejja s-sinjali tal-Pulizija, iż-żagħżugħ baqa’ jsuq u meta wasal fi Triq Giovanni Papaffy tilef il-kontroll tal-vettura, spiċċa fuq in-naħa l-oħra tat-triq u ħabat ma’ vettura oħra  u spiċċa ħabat ukoll ma’ arblu.

Iż-żagħżugħ ma qatax qalbu hekk kif ħareġ mill-vettura u telaq jiġri fejn ġie arrestat ftit tal-ħin wara.

Fuqu nstabet ukoll id-droga.

Intant, ix-xufier u l-passieġġiera tal-vettura li magħha ħabat iż-żagħżugħ ma sofrew l-ebda ġrieħi, filwaqt li hu kellu jittieħed iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta wara li sofra ġrieħiu ħfief.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

More in Kronaka