121 immigrant bejn sema u ilma; Malta u l-Italja ma jridux iċedu

Il-121 immigrant ġew salvati mill-NGO Spanjola Open Arms u ilhom ħamest ijiem bejn sema u ilma

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

121 immigrant li ġew salvati mill-NGO Spanjola Open Arms ilhom ħamest ijiem bejn sema u ilma minħabba li sa issa l-ebda pajjiż għadu ma aċċetta li jniżżilhom għandu.

Open Arms qed tappella lill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea partikolarment lill-Italja u lil Malta biex malajr kemm jista’ jkun tinstab soluzzjoni simili għal dik li ttieħdet il-ġimgħa li għaddiet meta 40 immigrant abbord il-bastiment Alan Kurdi ddaħħlu Malta.

Dawn l-immigranti se jkunu qed jitqassmnu f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea.

Jidher li sa issa l-Italja għadha ma rrisponditx għat-talba tal-ekwipaġġ, anke jekk 48 immigrant ieħor ddaħħlu Lampedusa.

Skont l-ekwipaġġ u anke rapport fuq midja Taljani, Salvini ma jidhirx li se jbaxxi rasu, filwaqt li Malta ma tidhirx lesta li taċċetta aktar immigranti wara l-40 li ddaħħlu l-ġimgħa li għaddiet.

More in Kronaka