Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara li sab ruħu f'diffikultà waqt li kien qed jgħum

Il-każ seħħ ilbieraħ fil-Bajja tal-Balluta

Żagħżugħ jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sab ruħu f'diffikultà waqt li kien qed jgħum fil-Bajja tal-Balluta.

Il-każ seħħ ilbieraħ waranofsinhar għall-ħabta tat-3:00pm.

Iż-żagħżugħ, ta' 19-il sena mill-Brażil, kien qed jgħum meta deher jissielet mal-baħar. Raġel li kien fil-viċin tellgħu fuq ix-xatt sakemm wasal tim mediku u ambulanza u ttieħed Mater Dei.

Aktar tard huwa kien iċċertifikat li kien fil-periklu tal-mewt.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka