Raġel isofri minn ġrieħi gravi wara li jaqa' sular minn fuq scaffolding

L-inċident seħħ dalgħodu fi Triq is-Salini, in-Naxxar

Ritratt| Arkivji
Ritratt| Arkivji

Illum għall-ħabta tat-8:00 a.m il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa residenza fi Triq is-Salini, in-Naxxar.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 49 sena, residenti Pembroke, weġġa’ wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular minn fuq scaffolding. Jidher li f’dak il-ħin ir-raġel kien qed jagħmel xi xogħlijiet fil-gallarija tal-istess residenza.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

More in Kronaka