Mostija ta' 33 sena gravi wara li ħabtet ma' ċint u l-karozza ħadet in-nar

Inċident ieħor fit-toroq Maltin

Illum għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident fi Triq il-Fortizza, Mosta.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li vettura tat-tip Toyota Yaris, misjuqa min mara ta’ 33 sena, residenti l-Mosta, baqet dieħla ġo cint, b’rizultat il-vettura ħadet in-nar. Il-mara ta’ 33 sena, ġarbet xi ġrieħi u għaldaqstant ittieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura.  Iktar tard hija ġiet iċċertifikat li qegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka