Tfajla Russa msawta Ruma minn tliet nisa Ingliżi u Malti li kienu fis-sakra

L-erba' aggressuri kienu turisti f'Ruma ġejjin minn Malta

Il-Corriere della Sera irrapurtat li l-aggressuri li l-età tagħhom tvarja minn 23 sa 54 sena qattgħu lejla 'allegru' f'pub ta' Via del Plebiscito. Ħin minnhom, mingħajr ebda mottiv ta' xejn, daru fuq it-tfajla Russa li hi turista u bdew jagħtuha bil-ponn u bis-sieq. Huma ġew arrestati akkużati bil-feriti li kkawżaw lil din it-turista Russa.

Il-ġurnal Taljan irraporta li dawn it-turisti kienu fis-sakra filwaqt li ma jafux li ġew provokati mit-tfajla Russa ta' 27 sena li wkoll kienet fil-pub. Kien hemm minn ipprova jwaqqaf dan l-attakk ta' erba' kontra waħda iżda ma setgħux u ġew msejħa l-pulizija li qalgħu lit-tfajla minn taħt l-aggressuri. Hi ttieħdet l-isptar Santo Spirito u ngħatat ordni li toqgħod ġewwa għal sebat ijiem minħabba feriti f'rasha u f'wiċċha. It-turisti Inglizi u l-Malti li lkoll kienu ġejjin minn Malta baqgħu taħt arrest.

More in Kronaka