Alex Borg jgħid li se jintroduċi portafolli ġodda għad-deputati Nazzjonalisti

Xtra fuq TVM | Il-Kap tal-Oppożizzjoni l-ġdid Alex Borg jitkellem fuq it-tibdil li jrid jagħmel fi ħdan il-partit

(Ritratt: James Bianchi/MaltaToday)
(Ritratt: James Bianchi/MaltaToday)

Fuq Xtra tal-lejla ppreżentat minn Karl Azzopardi, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista l-ġdid Alex Borg jitkellem fuq it-tibdil li jrid jagħmel fil-partit, fosthom dik ta' introduzzjoni ta' portafolli ġodda.

Fost il-portafolli li jrid idaħħal Borg, hemm dak tal-Intelliġenza Artifiċjali hekk kif "L-AI mhijiex il-futur imma hija l-preżent" qal Borg. Hu qal ukoll li jrid jagħti iżjed importanza s-solitudni wkoll, avolja diġa' hemm portafoll dedikat għas-saħħa mentali imma hu jemmen li "għandna ntuha indipendenza mis-saħħa mentali."

Borg saħħaq li mhux ħa jħawwad il-portafolli kollha ta' taħt fuq, imma li hu jrid isaħħaħ dawn hekk kif l-elezzjoni ġenerali dejjem qiegħda toqrob.

Il-Kap il-ġdid iddiskuta wkoll ċertu rwoli ġodda li jrid joħloq bħal dik ta' Kap Eżekuttiv tal-partit u oħrajn li jrid jsaħħaħ bħal dik tas-Segretarju Ġenerali. 

Xtra fuq TVM jixxandar illejla fid-8:45pm.

More in Intervisti