“Barra miż-żoni ta’ żvilupp m’għandu jsir l-ebda bini... full stop” - Sandro Chetcuti

‘Lesti niffirmaw ftehim mal-għaqdiet ambjentali’

 

Sandro Chetcuti, il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA) f’intervista li qed tidher f’din il-gazzetta, imur lura għad-deċiżjoni ferm kontroversjali ta’ Gvern Nazzjonalista fl-2006 meta sar eżerċizzju ta’ razzjonalizzar taż-żoni ta’ żvilupp. Chetcuti jgħid li b’dak l-eżerċizzju kienu “saru ħafna inġustizzji” u  li dawn “għandhom jiġu indirizzati.”

“Fost dawn l-inġustizzji,” qal Chetcuti mal-ILLUM, “hemm każi fejn għandek bini fuq naħa u bini fuq oħra u mbagħad ikollok biċċa art żgħira bejniethom li ġiet dikjarata ODZ. Wieħed jistaqsi għaliex sar dan.”  Hu jkompli jgħid li “jekk il-Gvern irid li dik l-art tibqa’ ‘green area’, għandu jħallas lil dawk is-sidien il-valur kummerċjali tagħha. Li m’għandux jagħmel huwa ‘green area’ a skapitu tas-sidien tal-art.”

Fl-intervista, Chetcuti jipproponi li jkun iffirmat ftehim bejn l-MDA u għaqdiet ambjentali biex tkun iffurmata strateġija “li tissalvagwardja l-ambjent għall-ġid u benefiċċju tal-pajjiż.” 

 

Intervista sħiħa fil-ħarġa tal-ILLUM

 

More in Intervisti