Il-PN jirbaħ bil-voti f'Għawdex iżda il-PL b'iktar siġġijiet

Il-Partit Nazzjonalista jirbaħ bil-voti ġewwa Għawdex iżda il-Partit Laburista b'iktar siġġijiet. 

Il-Partit Nazzjonalista jirbaħ bil-voti ġewwa Għawdex iżda il-Partit Laburista b'iktar siġġijiet. 

Dan ifisser li permezz tal-voti il-PN reġa kiseb il-maġġoranza tal-voti f'Għawdex wara li kien tilifa fl-aħħar elezzjoni. 

Ir-riżultati juru wkoll fenomenu interessanti fil-votazzjoni Għawdxija. Filwaqt li Alex Borg kiseb l-akbar ammont ta’ voti tal-ewwel preferenza fid-distrett u ħareġ bħala l-aktar kandidat popolari individwalment, jidher li numru sostanzjali ta’ votanti li tawlu l-ewwel preferenza komplew iqassmu l-preferenzi l-oħra tagħhom lil kandidati Laburisti.

Dan seta’ kien fattur determinanti biex il-Partit Laburista żamm il-vantaġġ tiegħu fil-kompożizzjoni finali tas-siġġijiet.

Ir-riżultat finali jfisser li, minkejja l-prestazzjoni b’saħħitha ta’ Alex Borg u l-aspettattivi li nħolqu aktar kmieni matul il-ġurnata, Għawdex baqa’ jivvota b’maġġoranza ta' siġġijiet favur il-Partit Laburista fil-livell tad-distribuzzjoni tas-siġġijiet parlamentari.

 

More in Elezzjoni 2026