Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen flimkien mal-kap tal-politika barranija tal-UE Kaja Kallas se jipproponi sanzjonijiet "mill-aktar fiż" fuq "dawk responsabbli għar-ripressjoni".
Von der Leyen telgħet dan fuq il-pjattaforma X hekk kif il-midja internazzjonali tibqa' tirraporta fuq is-sitwazzjoni instabbli fl-Iran tiggrava. Il-gvern Iranjan mhuwiex kuntent b'dawn l-azzjonijiet u qal li l-Iran lesta tirritalja jekk ikun hemm intervenzzjoni barranija. Dan waqt li prosekuturi Iranjani bdew itelgħu numru ta' demonstranti l-qorti.
Il-Kanċillier Germaniż Friedrich Merz qal li dawn il-protesti huma turija li r-reġim Iżlamiku tal-Iran wasal lejn l-aħħar. Il-President Amerikan Donald Trump ukoll tkellem fuq din meta għedded tariffi ta' 25% fuq pajjiżi li għandhom attivita' kummerċjali mal-Iran, inkluż iċ-Ċina li ġib ħafna miż-żejt tagħha mill-Iran. Il-ministeru għall-affarijiet barranin Ċiniż wieġeb għat-theddida ta' Trump b'theddida oħra li jekk ikun hemm gwerra tat-tariffi, iċ-Ċina lesta li tipproteġi d-drittijiet u l-interessi tagħha.
Skont l-għaqda Iran Human Rights, li hi bbażatha fin-Norveġja, 'il fuq minn 648 persuna inqatlu sa nhar it-Tnejn. Nhar it-Tlieta jagħlaq ir-raba' ġurnata li n-nies tal-Iran għamlu mingħajr konnessjoni tal-internet, għalkemm ftit mil-linji tat-telefown reġgħu ġew aċċessibbli.