Macron iwissi li ż-Żona Ewro se tikkolassa jekk ma jkunx hemm solidarjetà finanzjarja

Ħarsa lejn l-aħbarijiet minn madwar id-dinja b'rabta mal-coronavirus

 

Il-President Franċiż, Emmanuel Macron, f’intervista mal-Financial Times, qal li l-Unjoni Ewropea tista’ tikkollassa jekk f’dan iż-żmien ta’ pandemija ma jkunx hemm solidarjetà finanzjarja bejn il-pajjiżi.

Fi kliemu, l-istati membri tal-Unjoni Ewropea "ma għandhomx għażla” ħlief li jitwaqqaf fond komuni għall-irkupru mill-effetti negattivi li l-imxija qed tħalli fuq l-ekonomija.

Franza ilha timbotta ‘l quddiem din l-idea, iżda qed jopponuha bi kbir il-Ġermanja u anke l-Irlanda.

Fi kliemu, l-Unjoni Ewropea qed tiffaċċja “il-mument tal-verità.” Saħaq li jekk mhux se jkun hemm solidarjetà, il-proġett Ewropew jista’ jisfaxxa fix-xejn, twissija li għamel ukoll il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte.

Ilbieraħ, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursola con der Leyen, talbet “apoloġija” lill-Italja, f’isem l-Ewropa, għax fi kliemha din ma kinitx ippreparata biżżejjed biex tilqa’ għall-imxija.

Punti oħra interessanti minn madwar id-dinja:

  • Il-Gvern Ingliż jestendi l-lockdown għal ‘minn tal-inqas’ tliet ġimgħat oħra
  • Il-Portugal jestenti l-lockdown sal-bidu ta’ Mejju
  • Il-Ministeru għas-Saħħa Brażiljan jgħid li tkeċċa mill-President Bolsonaron għax kellhom xi jgħidu dwar is-social distancing.

Trump b’road map bil-għan li jibdew jiġu merħija xi restrizzjonijiet

Il-President Amerikan Donald Trump ħareġ road map għall-gveneraturi tal-Istati Uniti biex isservi bħala pjan ta’ rkupru mill-impatt ekonomiku li l-pandemija tal-coronavirus ħalliet fuq il-pajjiż.

Trump qed jinsisti li għandhom jibdew jiġu merħija r-restrizzjonijiet f’dawk iż-żoni fejn it-trasmissjoni tal-virus hija waħda baxxa, filwaqt li jinżammu miżuri stretti f’dawk l-aktar milquta.

Iċ-Ċina iżżid l-għadd tal-imwiet f’Wuhan bi kważi 50%

Wuhan, il-belt Ċiniża minn fejn infirex il-coronavirus, żiedet l-għadd tal-imwiet f’din il-Belt b’1,290 vittma biex b’kollox, fiċ-Ċina, mietu 4,632.

F’kommunikazzjoni uffiċjali, l-awtoritajiet tas-saħħa saħqu li għamlu reviżjoni ta’ dawn iċ-ċifri biex jittieħdu wkoll inkonsiderazzjoni dawk il-persuni li mietu d-dar u li fl-ewwel rapporti ma kinux ikkunsidrati.

More in Barranin