Għaddejja ħidma fuq 70 vaċċin konta l-coronavirus; Fi tliet każi qed isiru t-testijiet fuq il-bniedem

Għalkemm normalment biex ikun ippreparat vaċċin jgħaddu bejn 10 u 15-il sena, l-industrija tal-farmaċewtika qed tirsisti bil-għan li sas-sena d-dieħla, il-vaċċin kontra l-coronavirus ikun lest

Madwar id-dinja hemm 70 vaċċin kontra l-coronavirus li dwarhom qed isiru l-istudji tant li fi tliet każi qed isiru t-testijiet fuq il-bniedem.

Din l-informazzjoni ngħatat mill-Għaqda Dinjija għas-Saħħa hekk kif għaddejja ġirja sħiħa biex jinstab vaċċin.

Jidher li l-aktar vaċċin li jinsab fi stadju avvanzat huwa dak li dwaru qed isir studju fil-CanSino Biologics and the Beijing Institute of Biotechnology f’Hong Kong.

Iż-żewġ vaċċini oħra, li jinsabu fl-istadju tat-testijiet fuq il-bniedem, it-tnejn li huma qed ikunu studjati fl-Istati Uniti.

Għalkemm normalment biex ikun ippreparat vaċċin jgħaddu bejn 10 u 15-il sena, l-industrija tal-farmaċewtika qed tirsisti bil-għan li sas-sena d-dieħla, il-vaċċin kontra l-coronavirus ikun lest u dan hekk kif il-miżuri ta’ konteniment biss jistgħu ma jkunux biżżejjed.

Aqra wkoll:

More in Barranin