Boris Johnson jiddaħħal l-isptar wara li s-sintomi tal-coronavirus baqgħu jippersistu

Johnson irriżulta pożittiv għall-coronavirus għaxart ijiem ilu

Il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, iddaħħal l-isptar għal testijiet, għaxart ijiem wara li rriżulta pożittiv għall-coronavirus.

Fi stqarrija, Downing Street spjegat li l-Prim Ministru ddaħħal l-isptar minħabba “sintomi persistenti,” inkluż id-deni.

Intqal li l-Prim Ministru ddaħħal l-isptar bħala prekawzjoni fuq parir tat-tabib tiegħu.

Minkejja li ma jiflaħx, il-Prim Ministru baqa’ jmexxi l-Gvern iżda hu mifhum l-laqgħa li se tkun qed issir illum dwar il-coronavirus se jkun qed imexxiha l-Ministru għall-Affarijiet Barranin.

Johnson għandu 55 sena u l-mara tiegħu qed tistenna tarbija. 

More in Barranin