Ġermanja | Għaxar persuni mejta wara li raġel qabad jispara fuq bars tas-shisha

Is-suspettat instab mejjet fid-dar tiegħu biswit katavru ta' persuna oħra

Minn tal-inqas tmien persuni tilfu ħajjithom wara li raġel qabad jispara fuq żewġ bars tas-shisha fil-belt Ġermaniża ta’ Hanau.

Apparti l-vittmi, diversi persuni weġġgħu u qed jingħataw il-kura.

L-attakk seħħ għall-ħabta tal-10:00pm tal-bieraħ filgħaxija.

Hu mifhum li f’dawn iż-żewġ bars jiffrekwentaw ħafna Musulmani Kurdi.

Jidher li wara l-attakK, ir-raġel mar lura d-dar fejn instab mejjet biswit katavru ta’ persuna oħra.

Il-motiv wara l-attakk għadu mhux magħruf.

Skont il-Pulizija, ir-raġel qatel lilu nnifsu. Skont rapporti, huwa kien Ġermaniż li kellu liċenzja tal-armi tan-nar. Munizzjon instab fil-karozza tiegħu.

Jidher li huwa kellu twemmin tal-lemin estrem u esprima dak li jemmen fih f’ittra u anke filmat.

More in Barranin