Jitilgħu għal 106 l-vittmi tal-Coronavirus; L-għadd tan-nies infettati jirdoppja f'ġurnata

Jidher li sa issa, il-Coronavirus inxtered madwar iċ-Ċina u f’madwar 16-il pajjiż ieħor

L-għadd ta’ nies li tilfu ħajjithom kawża tal-Coronavirus tela’ għal 106 persuni, bl-ammont ta’ nies infettati b’dan il-virus jirdoppja fi kważi ġurnata.

It-total tal-każi kkonfermati fiċ-Ċina tela’ minn 2,835 fis-26 ta’ Jannar għal 4,515-il każ fil-ġurnata ta’ wara.

Intant, skont siti tal-aħbarijiet internazzjonali, il-Ġappunn se jkun qed jibgħat ajruplan apposta f’Wuhan biex jevakwa liċ-ċittadini tiegħu li jinsabu fiċ-Ċina.

Jidher li sa issa, il-Coronavirus inxtered madwar iċ-Ċina u f’madwar 16-il pajjiż ieħor.

F’ċertu bliet fiċ-Ċina, il-pubbliku qed ikun kostrett jilbes il-maskli.

Dan il-virus jikkawża infezzjoni qawwija li twassal għal problemi serji ta’ nifs u li għaliha ma hemmx kura speċifika u lanqas vaċċin.

More in Barranin