Johnson jibda t-triq għall-elezzjoni b'wiegħda li jwettaq Brexit waqt li jqabbel lil Corbyn ma' Stalin

Johnson mar għand ir-Reġina biex jitlobha x-xolji l-Parlament

Boris Johnson quddiem ir-Reġina Eliżabetta dalgħodu
Boris Johnson quddiem ir-Reġina Eliżabetta dalgħodu

Il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, beda t-triq tiegħu lejn l-elezzjoni ġenerali b’wiegħda ċara li joħroġ lir-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, waqt li kkumpara lir-rivali tiegħu, Jeremy Corbyn, ma’ Josef Stalin.

Ir-Renju Unit se jkun qed jivvota f’elezzjoni ġenerali bikrija bil-għan li l-Parlament jinqala’ mill-kriżi li spiċċa fiha wara li r-Renju Unit ivvota biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Johnson qed jibbaża l-kampanja tiegħu fuq Brexit, iżda jidher li l-Partit Konservattiv se jkun qed jagħfas fuq kwistjonijiet oħra importanti, fosthom is-Settur tas-Saħħa.

“Ma rridx elezzjoni. L-ebda Prim Ministru ma jrid elezzjoni speċjalment f’Diċembru,” saħaq Johnson. “Iżda kif inhuma l-affarijiet sempliċiment ma hemmx għaġla.”

Huwa saħaq li jekk Brexit iseħħ fil-ġimgħat li ġejjin u malajr kemm jista’ jkun, ir-Renju Unit se jkun qed jiffoka fuq il-prijoritajiet l-oħra kollha li jeħtieġ jindirizza.

Johnson mar għand ir-Reġina Eliżabetta biex il-Parlament jiġi xolt uffiċjalment, filwaqt li aktar tard se jkun qed iniedi uffiċjalment il-kampanja elettorali tal-Partit Konservattiv.

More in Barranin