Boris Johnson jikkunsidra elezzjoni bikrija jekk Brexit ikun pospost sa Jannar

Wara disfatta oħra fil-Parlament, Boris Johnson kien kostrett jibgħat ittra lill-UE biex jitlob estensjoni

Il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson qed jikkunsidra li jsejjaħ elezzjoni ġenerali jekk l-Unjoni Ewropea tipproponi li Brexit ikun estiż sa Jannar li ġej.

Boris Johnson waqqaf l-Abbozz ta’ Liġi dwar Brexit, wara li lbieraħ, id-Deputati vvotaw kontra l-programm tal-Gvern biex il-liġi tkun diskussa fi tlett ijiem.

Dan wassal biex Johnson ikun sfurzat, bil-liġi, biex jibgħat ittra lill-Unjoni Ewropea biex jitlob estensjoni.

Skont il-BBC, sorsi minn Downing Street saħqu li l-Prim Ministru Johnson mhux se jaċċetta estensjoni twila sa Jannar.

Intant ilbieraħ, il-Ministru għall-Ġustizzja, Robert Buckland, qal iswed fuq l-abjad li Brexit bla ftehim “għadu possibbilità” jekk l-Unjoni Ewropea tagħżel li ma testendix Brexit.

More in Barranin