Il-White House tiddikjara ċar u tond li mhux se tikkopera fl-inkjesta dwar Trump

L-inkjesta kienet deskritta mill-White House bħala waħda bla bażi u invalida

Il-White House, uffiċjalment, irrifjutat li tikkopera f’inkjesta li qed issir kontra l-President Amerikan Donald Trump.

F’ittra mibgħuta lill-mexxejja Demokratiċi, il-White House ddeskriviet l-inkjesta bħala waħda bla bażi u “invalida kostituzzjonalment.”

Tliet kumitati mmexxija mid-Demokratiċi qed jinvestigaw lill-President Amerikan.

L-inkjesta qed tipprova tistabbilixxi jekk Trump talabx l-għajnuna tal-Ukraina bil-għan li jkun investigat Joe Biden, l-aktar kandidat Presidenzjali popolari tal-partit Demokratiku.

More in Barranin