Termini u kundizzjonijiet

Il-copyright ta’ illum.com.mt, li tinkludi fost l-oħrajn il-kitba, ritratti, grafika, awdjoviżwali u s-software, hija proprjetà u liċenzjata għall-pubblikaturi, Mediatoday Company Limited. Kull dritt hu riservat mill-kumpanija Mediatoday. L-utenti jistgħu jaċċessaw il-kontenut tal-illum.com.mt għall-użu personali tagħhom u mhux għal għanijiet kummerċjali. L-utenti ma jistgħux jikkupjaw materjal mingħajr il-permess bil-miktub mis-sid uffiċjali tas-sit li jista’ jintlaħaq fuq [email protected]

Termini u kundizzjonijiet tal-utent

MediaToday Co Ltd tilqgħak f’illum.com.mt. Dawn it-termini u kundizzjonijiet japplikaw għal meta tkun tista’ taċċessa n-network, fuq kull tip ta’ tagħmir elettroniku. F’dawn it-termini u kundizzjonijiet, meta ssir referenza għal illum.com.mt, inkunu qed nirreferu għal dan in-network, irrispettivament minn kif tiġi aċċessata.

Meta tuża dan in-network tkun qed taċċetta dawn il-kundizzjonijiet.

Sabiex tikkummenta fuq illum.com.mt teħtieġ reġistrazzjoni. La darba tkompli r-reġistrazzjoni inizzjali u ddaħħal l-indirizz tal-imejl tiegħek u l-password tkun awtomatikament aċċettajt it-termini u l-kundizzjonijiet. Meta tkun sottoskritt għas-servizzi tal-imejl tagħna, tkun aċċettajt it-termini u l-kundizzjonijiet. Jekk jgħoġbok aqra l-politika ta’ privatezza.

Jekk inti rreġistrajt magħna u tixtieq tibdel id-dettalji tiegħek, għandek tibgħat imejl sabiex tgħarraf lit-tim bit-tibdil li tixtieq tagħmel. Ibgħat imejl fuq [email protected] F’każ ta’ tibdil fit-termini u l-kundizzjonijiet, din il-paġna tkun aġġornata.

1. Reġistrazzjoni

Meta tirreġistra, tkun qed tirreġistra bħala utent personali ta’ illum.com.mt. L-aċċess għal żoni li jirrikjedu reġistrazzjoni huma aċċessibli ladarba ddaħħal il-username u l-password tiegħek.

Titħalla taċċessa ż-żoni ta’ reġistrazzjoni fuq is-sit fuq bażi li:

(i) l-indirizz tal-imejl u l-password ikunu għall-użu personali tiegħek u ma jintużawx minn ħaddieħor biex jaċċessa illum.com.mt

(ii) ma tipprovdi l-ebda għajnuna lil persuna li ma tkunx reġistrata mas-sit sabiex tikseb aċċess għal żoni restritti f’illum.com.mt

(iii) ma toħloqx kontijiet żejda għal skopijiet malizzjużi u sabiex tipprova xxekkel il-funzjonalità tas-sit, jew ta’ utenti oħra; u lanqas biex tqarraq bl-identità tiegħek

(iv) li tikkonforma ma’ dawn it-termini u l-kundizzjonijiet

Jekk għal xi raġuni jew oħra, l-utent ma jkunx konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti, nistgħu, għad-diskrezzjoni tagħna, nikkanċellaw l-aċċess għaż-żoni restritti ta’ illum.com.mt immedjatament u mingħajr ma jiġi avżat minn qabel.

2. Terminazzjoni tar-reġistrazzjoni

Jekk l-utent jixtieq jagħlaq il-kont tiegħu, dan isir billi jintbagħat imejl fuq l-indirizz li jkun provda l-utent u nikkonfermaw li l-kont ġie terminat. Immedjatament, il-kont, l-imejl u l-password tiegħek ikunu invalidi fuq illum.com.mt

3. L-użu ta’ materjal li jidher fuq illum.com.mt

Għal dan il-punt, il-kelma “materjal” tfisser, il-kitba, vidjos, grafika, ritratti, materjal tal-awdjo, ippubblikat fuq illum.com.mt.

Tista’ tniżżel u tipprintja biċċiet minn dan il-materjal u tagħmel kopji ta’ dawn għall-użu personali u mhux kummerċjali tiegħek.

Ma tistax tniżżel jew tistampa materjal, jew biċċiet minnu, b’mod regolari jew sistematiku sabiex toħloq database diġitali jew gazzetta stampata billi jintuża materjal jew partijiet mill-materjal eżistenti fuq illum.com.mt

Ma tistax terġa’ tipproduċi xi parti minn illum.com.mt. Lanqas mhu permissibli li materjal jinħażen fuq xi sit ieħor, sakemm ma jinħariġx permess apposta.

Jekk il-kontenut ikun irid jiġi użat għal xi għanijiet li jmorru lil hinn minn dawk li s-sit jagħti permess, trid tinkiseb liċenzja mit-tim tas-sit.

F’ċertu każijiet il-liċenzja tinħareġ biex tagħti d-dritt li titqassam ċertu informazzjoni mill-illum.com.mt f’ċertu ċirkostanzi.

Min jixtieq jikseb dan il-permess għandu jibgħat imejl fuq [email protected]

4. Twissija

Ma nġorru l-ebda responsabbiltà għall-materjal f’xi stqarrija. Wieħed m’għandux joqgħod fuq materjal li jiġi ppubblikat fuq illum.com.mt qabel ma jikkonsulta parir professjonali. L-ebda materjal ma jkun ippubblikat għal xi għan speċifiku jew għax imġiegħel minn xi persuna partikolari.

Sabiex tkun evitata l-konfużjoni, is-sit mhux responsabbli għal xi telf ta’ xi ħaġa li saret jew ma saritx, wara li nqrat, instemgħet jew inkitbet xi ħaġa fuq dan is-sit.

Siti oħra jistgħu jkunu aċċessati minn illum.com.mt. Dawn is-siti mhux proprjetà tagħna u b’hekk aħna ma nistgħux ninżammu responsabbli għal kontenut tagħhom.

Ma jingħatawx garanziji li jikkonċernaw l-illum.com.mt jew il-materjal. Mhux garantit li l-illum.com.mt u l-kontenut tas-sit m’għandux viruses. Wieħed għandu jieħu l-prekawzjonijiet tiegħu f’dan l-aspett hekk kif ma tinżamm l-ebda responsabbiltà għal xi ħsara jew kontaminazzjoni fuq software jew aġġeġġi oħra.

5. Materjal ta’ terzi persuni fuq illum.com.mt

Se jidher reklamar ta’ terzi persuni fuq illum.com.mt. Reklamaturi individwali se jkunu responsabbli għal kontenut li jagħtu lis-sit, u li jaraw li l-kontenut ikun konformi mal-liġi. Ma naċċettaw l-ebda responsabbiltà tal-kontenut fir-reklamar, anke f’każ ta’ żbalji, nuqqasijiet jew ineżattezzi.

illum.com.mt jaf tqabbad mezzi sabiex ixerrdu l-ħoloq tal-URL mar-reklamaturi. Id-database ta’ MediaToday tista’ tintuża wkoll biex ixxerred ħoloq ġodda permezz ta’ SMS. Dawn jistgħu jkunu akkumpanjati minn reklami. Dawn jiġu mmarkati b’mod ċar bejn il-qawsejn angolati (< >) fil-bidu u fl-aħħar tal-ħolqa; jew ikun hemm il-kelma ‘ad’ jew ‘#ad’.

Jekk tixtieq tirreklama fuq illum.com.mt ibgħat imejl fuq [email protected]

6. Ritratti u materjal grafiku għall-pubblikazzjoni

Meta jintbagħat ritratt jew materjal grafiku lis-sit, ikun qed isir b’konformi mat-Termini tas-Servizz.

Dan ifisser li jkun ikkonfermat li l-materjal li ntbagħat min-naħa tiegħek, huwa ġenwinament tiegħek, jew xogħlok, jew inkella għandek il-permess minn sid il-materjal biex jintbagħat lilna. Meta tibgħat dan il-materjal tkun qed tagħtina d-dritt u l-liċenzja li nippublikawh kemm fil-mezzi diġitali tagħna u anke fil-mezzi stampati.

Ir-ritratti magħżula jkunu ppubblikati għad-diskrezzjoni tal-editur, u dak li jibgħathom ma jiġix imħallas, anke jekk ir-ritratt/i jkun/u ppubblikat/i.

Ir-ritratti li jintbagħtu jistgħu jinqatgħu, jitranġaw jew jinbidlu skont kif jidher li jkunu l-aħjar fuq illum.com.mt u dawn jistgħu jitneħħew f’kull ħin.

L-isem tal-persuna li tkun bagħtet il-materjal ikun ippubblikat maġenb ir-ritratt jew il-grafika, imma jistgħu jiġu rranġati jew imħassra kummenti miktuba mar-ritratti jew il-grafika mibgħuta.

IMPORTANTI: Sid ir-ritratt, jew il-persuna li tibgħatu, xorta waħda jibqagħlhom id-dritt fuq ir-ritratt u b’hekk jistgħu jippubblikaw fejn iridu, fuq liema mezz iridu.

7. Kitba għall-publikazzjoni

Utenti tas-sit jistgħu jqiegħdu materjal għall-publikazzjoni għal diversi kategoriji fis-sit. Ma tinżamm l-ebda responsabbiltà tal-materjal li jiġi mqiegħed mill-utenti u ppubblikat minna. M’aħniex responsabbli mill-kontenut u l-eżatezzi tiegħu.

Jekk trid tgħaddi materjal lilna għall-pubblikazzjoni fuq illum.com.mt, tista’ tagħmel dan billi ssegwi t-termini u l-kundizzjonijiet t’hawn taħt:

(i) Publikazzjoni ta’ materjal li tgħaddi lilna jkun għad-diskrezzjoni tagħna. Aħna nżommu d-dritt li nżidu u nnaqqsu mal-kitba jew grafika qabel ma’ din tiġi ppubblikata. Nistgħu wkoll nagħżlu li ma nippubblikawhiex.

(ii) Tkun qed tagħtina d-dritt li nippubblikaw il-materjal mibgħut minnek kemm b’mod diġitali u anke stampat.

8. Force majeure

Għalkemm aħna nagħmlu li nistgħu biex nipprovdu aċċess kostanti u bla ebda problemi għas-sit illum.com.mt, ma nistgħux inwiegħdu dan. Ma nġorru l-ebda responsabbiltà f’każ ta’ interruzzjonijiet jew dewmien fis-sit.

Dawn it-termini u l-kundizzjonijiet huma mmexxija minn u huma interpretati b’konformità mal-liġi ta’ Malta.