Organizzat ir-raba' rawnd tal-kampjonat nazzjonali tal-karting

L-attività tmexxiet mill-operaturi tal-kumpless Badger Karting, Uffiċjali tal-Karting Club Malta, Uffiċjali tal-Federazzjoni Maltija u bħala direttur tat-tellieqa kien it-Taljan Gaspare Anastasi.

Is-Sibt 27 ta Lulju, ġewwa il-kumpless Badger Karting f’Ta Qali, l-Karting Club Malta organizza ir-raba' rawnd tal-kampjonat nazzjonali tal-karting mtella' bl-appoġġ ta' Bupa. Il-fuq minn għoxrin sewwieq ikkompetew f’dan l-avveniment li sar fil-għaxija u taħt dawl artifiċjali. 

B’kollox kienu ħamsa il-klassijiet, il-klassi Iame X30 ġiet mirbuħa minn John Agius segwit minn Brandon Pullicino u Braydon Bonnici. Il-Klassi Rotax Max intrebħet minn Nicky Gauci fl-ewwel post u segwit minn Jake Agius u Neville Zammit. Il-Klassi Mini Touch and Go intrebħet minn Kieran Galea segwit minn Jacob Micallef u Daniel Abela. Il-Klassi Touch and Go Vortex intrebħet minn Jake Falzon, fit-tieni post sibna il Christian Caruana u lill Isaac Micallef fit-tielet post. Il-Klassi għal-iżgħar sewwieqa magħrufa bħala Baby intrebħet minn Ayrton Tonna.

L-attività tmexxiet mill-operaturi tal-kumpless Badger Karting, Uffiċjali tal-Karting Club Malta, Uffiċjali tal-Federazzjoni Maltija u bħala direttur tat-tellieqa kien it-Taljan Gaspare Anastasi.

 

More in Sports