'Intom l-ambaxxaturi ta' Malta 24 siegħa kuljum'

L-ambaxxata Maltija fil-Belġju tilqa għall-ewwel darba lit-team nazzjonali Malti U/21

ritratt: Ray Attard
ritratt: Ray Attard

L-ambaxxatur Malti, l-Eċċ. Ray Azzopardi stieden u laqa lit-team nazzjonali Malti fl-ambaxxata Maltija fi Brussell. It-team Malti bħalissa qed iġejji biex nhar it-Tnejn 27 ta' Marzu jilgħab kontra t-team tal-Belġju u għadu ġej minn telfa ta' 5-0 f'logħba ta' ħbiberija mal-Lussemburgu. It-team taż-żgħażagħ Malti kien akkumpanjat mill-viċi president tal-MFA Alex Manfre, mill-uffiċċjal tal-MFA Jesmond Abela, mid-direttur tekniku Robert Gatt, mill-kowċ Silvio Vella u mill-istaff tekniku tat-team. 

Ritratt: Ray Attard
Ritratt: Ray Attard

Ray Azzopardi li fiż-żmien kien anke segretarju tal-Ħamrun Spartans fis-snin tal-glorja tagħhom tkellem ma' dawn iż-żgħażagħ Maltin fejn qal li din kienet l-ewwel darba li ambaxxata Maltija laqgħet lil xi team nazzjonali sħiħ. L-ambaxxatur malti għal Belġju kellem lil players żgħażagħ fejn qalilhom, "Lilna jseħulna ambaxxaturi u eċċelenza. Iżda intkom ukoll intkom ambaxxaturi tal-pajjiż u trid turu wkoll l-eċċelenza tagħkom billi tkun ambaxatturi tagħna 24 siegħa kuljum u mhux fuq il-pitch biss. Intkom barra li intkom ambaxxaturi intkom ukoll missjunarji għax biex taslu fejn wasaltu u aktar trid tagħmlu ħafna sagrifiċċji ta dieti u taħriġ. Taqtgħux qalbkom meta jkollkom telfa bħal tal-bieraħ għax minnha titgħallmu. L-importanti li tagħtu dak kollu li tafu għal pajjiż. Għalkemm li nirbħu hi sabiħa wkoll u tridu taħdmu għaliha."

ritratt Ray Attard
ritratt Ray Attard

Diskors ta' motivazzjoni li ntlaqa tajjeb minn kull player fejn anke ingħataw memento tal-presidenza u anke sar riċeviment ċkejken tal-okkażżjoni.

More in Sports