In-Naplitani iqisu lil Higuain bħala traditur għax ingħaqad mal-Juve

Fi ftit sigħat oħra dan l-attakkat ta' Napli mistenni jħabbar uffiċċjalment li ngħaqad ma' Juventus

Il-fatt li l-attakkant l-aktar maħbub u ta' stoffa li kellhom Napoli mistenni li jingħaqad uffiċjalment mal-club Champion tal-Italja, Juventus qajjem agħa kbir f'Napli li qed iqisu lill-attakkant Arġentin bħala traditur. Anke jekk fiż-żmien tal-lum l-players jiġru minn team għall-ieħor bħal merċenarji u żgur li Higuain la hu l-ewwel wieħed u lanqas se jkun l-aħħar wieħed. Iżda n-Naplitani jarawha mod ieħor fejn qed jitqattgħu r0itratti tiegħu, u xalel u flokkijiet filwaqt li jiktbu li hu għamel bħal Jose Altafini u ttradihom.

More in Sports