Champions ġodda fit-time trial taċ-ċikliżmu

James Mifsud u Marie Claire Aquilina nkurunati Champions Nazzjonali fit-Time Trial taċ-ċikliżmu

Ritratt tal-grupp, mix-xellug: Joe Bajada, Nicky Farrugia, Marie Claire Aquilina, James Mifsud, Emanuel Camilleri, Michael Camilleri, John Zammit, Mustafa Özküçük
Ritratt tal-grupp, mix-xellug: Joe Bajada, Nicky Farrugia, Marie Claire Aquilina, James Mifsud, Emanuel Camilleri, Michael Camilleri, John Zammit, Mustafa Özküçük

Għadu kif intemm il-Kampjonat Nazzjonali tat-Time Trail 2016 organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu, fejn ġew iddikjarati Champions ġodda għal din is-sena.

Fil-Kategorija tal-Elite, James Mifsud tat-Team Greens CC rebaħ dan il-kampjonat fejn spiċċa Champion għall-ewwel darba meta tella' total ta’ 575 punt miksuba minn żewġ rebħiet fil-Bypass tal-Imrieħel u fil-Miżieb, kif ukoll it-tieni post fil-korsa mal-kosta tas-Salina u Baħar iċ-Ċagħaq. Żewġ ċiklisti ta’ Agones SFc, Mark Bonnici u Steve Sciberras spiċċaw rispettivament fit-tieni u t-tielet post b’435 u 415 punt.

Bħala Champion Feminili ittrijonfat Marie Claire Aquilina ta’ The Cyclist b’żewġ rebħiet fil-Coastroad u l-Bypass tal-Mrieħel u t-tieni post fil-Miżieb għal total ta’ 575 punt. It-tieni spiċċat Marion Pullicino ta’ Agones SFc b’25 punt inqas, filwaqt li l-Għawdxija Felicienne Mercieca fl-ewwel esperjenza tagħha kklassifikat it-tielet b’310 punt.

Kurt Muscat ta’ Mosta AF Sign Studio CC rebaħ il-Kampjonat tal-Juniors b’total ta’ 575 pieni post fil-Miżieb. Isaac Spiteri ta’ Agones SFc spiċċa t-tieni b’450 punt, mentri l-Għawdxi Brandon Sultana ta’ Gozo Greyhound CC spiċċa fit-tielet pożizjoni b’375 punt.

Fil-Kategorija tal-Masters 40+, Michael Camilleri tat-Team Greens CC, spiċċa l-ewwel b’total ta’ 550 punt miksuba minn rebħa fil-Bypass tal-Mrieħel u darbtejn fit-tieni post fil-Coastroad u l-Miżieb biex rebaħ ukoll dan il-kampjonat wara dak tar-Road Race. Ivan Zammit ta’ Birkirkara St Joseph SC spiċċa t-tieni b’480 punt u Colin Tabone tat-Team Greens it-tielet b’365 punt.

Il-Kampjonat tal-Masters 50+, ra s-suċċess ta’ Nicky Farrugia ta’ Mosta AF Sign Studio CC b’575 punt miksuba minn rebħiet fil-Coastroad u l-Bypass tal-Mrieħel u it-tieni post fil-Miżieb. Sieħbu Michael Lia spiċċa fit-tieni pożizjoni b’total ta’ 550 puts, mentri b’155 punt spiċċa Joe Mallia ta’ Qormi CC. Emanuel Camilleri ċiklista ieħor ta’ Mosta AF Sign Studio CC kellu suċċess komplet bi tliet rebħiet għal massimu ta’ 600 punt fil-Kampjonat Masters 60+.

Il-Kampjonat tat-tfal ta’ taħt il-15 il-sena, t-tnejn li huma ntrebħu minn ċiklisti tal- Mosta AF Sign Studio CC fejn Veronique Pace Asciak kisbet massimu ta’ 600 punt, 250 punt vantaġġ fuq Deborah Desira. Julian Gauci spiċċa fuq quddiem fil-kategorija maskili b’575 punt, 25 punt iktar minn sieħbu James Galea. Gianluca Camilleri b’435 punt għaqqad it-trippletta Mostija.

Il-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu tixtieq trodd ħajr lit-tim tal-ARRTS timing system li ħadu ħsieb il-ħinijiet tat-tiġrijiet u lil Kunsilli Lokali rispettivi tal-koperazzjoni kollha tagħhom. Radd ta’ ħajr ieħor imur għal Korp tal-Puliżija li kienu ta’ assistenza kbira u kontinwa, kif ukoll lil Malta Red Cross Operations u bosta voluntiera, timekeepers u marshalls tas-servizz taghhom.

More in Sports