filmat | Ferguson ma jabbanduna qatt lil uliedu

Jistenna lill-eksstilel tiegħu tal-Manchester United, Ronaldo u Nani biex jgħannaqhom

Mument mill-aktar emozzjonanti tara lil Sir Alex Ferguson jistenna lil hekk imsejħa uliedu mal-United, Nani u Ronaldo, jinżlu mill-preżentazzjoni u jgħannaqhom, wara li lbieraħ ħarġu rebbieħa fuq it-tim Franċiż fil-finali tat-turnew Euro 2016.

Fil-filmat jidher qed jistennihom biex jifirħilhom. Ferguson ta' 74 sena juri bil-fatti li l-futbol hu familja u l-plejers tiegħu jibqgħu parti mill-familja sabiħa li kellu u li bihom tant rebaħ unuri. Ferguson kien ta l-opportunità lil Ronaldo biex jilgħab mat-tim meta kellu biss 18-il sena fl-2003.

More in Sports