'Sħabi tar-Real xebgħu jitmejlu bija u bit-tim nazzjonali ta' Wales' - Bale

'Immaġinaw li kieku kelli nibgħat lil Ronaldo d-dar qabel nirritorna jien'

Gareth Bale qal li sħabu ta' Real Madrid qabel beda t-tournament tal-Euro 2016 kidenu jirridkolawh u jsofri abbuż verbali meta kienu jwaqqgħu għaċ-ċajt lit-tim Nazzjonali ta' Wales. Kienu jgħidulu li Wales ma jaslu mkien.

Toni Kroos tal-Ġermanja kien qallu li mhux se jarah fi Franza għax Wales jilagħbu tliet partiti u jmorru d-dar. "Għalhekk issa nispera li niltaqa' miegħu fil-ground għall-finali. Xebgħu jitmellħu bija matul is-snin li Wales konna nitilfu kull partita u konna klassifikati l-100 fid-dinja."

Fejn sa 5 snin ilu Wales kienu kklassifikati taħt il-Faroe Islands. "Il-plejers sħabi kienu jgħiduli li jien fortunat għax se jkolli disa' ġimgħat vaganza u mhux bħalhom li se jkollhom biss ġimagħtejn. Għax huma jitilgħu sal-final u aħna ninqalgħu mill-ewwel. Immaġinaw kieku llejla jirnexxieli nibgħat lil Ronaldo d-dar qabli!"

 

More in Sports