Reġa' daħlilhom inkiss inkiss fi Franza

Il-president tal-assoċjazzjoni tal-partitarji tal-futbol Russu, imkeċċi minn Franza l-ġimgħa l-oħra, reġa' daħal fil-pajjiż biex jassisti għal logħba oħra

Alexander Shprygin arrestat għat-tieni darba fi Franza wara li kien imkeċċi mill-pajjiż il-ġimgħa l-oħra
Alexander Shprygin arrestat għat-tieni darba fi Franza wara li kien imkeċċi mill-pajjiż il-ġimgħa l-oħra

Ġimgħa wara li Alexander Shprygin, il-president tal-assoċjazzjoni tal-partitarji tal-futbol Russu, tkeċċa min Franza flimkien ma 20 partitarju ieħor, dan irnexxielu jerga' jidħol fi Franza biex jassisti għal-logħba bejn ir-Russja u Wales ta' nhar it-tnejn li għadda.

Mid-dehra, Shprygin u xi erba' partitarji oħrajn li kienu projbiti milli jidħlu Franza għall-sentejn, qabdu titjira mir-Russja għal-Barcelona, fejn minn hemm, saqu sal-Belt ta' Toulouse fi Franza.

Il-Ministru tal-Intern Franċiż stqarr li Shprygin rega' ġie arrestat u mibgħut lura r-Russja b'titjira minn Pariġi.

It-Tim Russu kollhu se jingħaqad ma' Shprygin fir-ritorn lejn ir-Russja wara li progressawx fil-grupp tagħhom.

 

More in Sports