L-Italja u Skozja f'logħba f'Ta' Qali

Logħba ta' ħbiberija bejn iż-żewġ timijiet Ewropej f'Malta qabel l-Euro 2016

Il-Malta Football Association (MFA) ħabbret li t-timijiet nazzjonali tal-Iskozja u tal-Italja se jkunu qed jiġu Malta sabiex jilagħbu logħba ta' ħbiberija fl-Istadium Nazzjonali ta' Ta' Qali.

Eluf ta' nies mistennija jattendu għal dan l-avveniment li qed jiġi organizzat qabel ma jingħata bidu għall-fażi finali tal-kompetizzjoni Ewropea tal-Euro 2016 fi Franza fis-sajf li ġej, bejn l-10 ta' Ġunju u l-10 ta' Lulju.

Din il-logħba se tkun qed tintlagħab nhar il-Ħadd 29 ta' Mejju li ġej. F'dak il-perjodu, it-tim Malti se jkun l-Awstija għal 'training camp' fejn hemmhekk, se jkun qed jipparteċipa f'logħob ta' ħbiberija kontra t-tim nazzjonali tal-istess pajjiż, u kontra r-Repubblika Ċeka.

More in Sports