Il-virus Zika qed jinxtered b’mod allarmanti
L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa sabet il-virus Zika f’20 pajjiż
L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) illum qalet li l-virus Zika issa ġie misjub f’għoxrin pajjiż fl-Amerka Latina u wissiet li dan qed jinxtered b’mod allarmanti.
Dan il-virus, li jinxtered permess ta' gdim ta' nemusa, huwa kaġun għat-twelid ta' eluf ta' trabi mwielda b'difetti fiżiċi.
Dan it-tixrid allarmanti tal-virus ġiegħlet lil numru ta' gvernijiet madwar id-dinja biex joħorġu avviżi li jwissu lil nisa tqal biex ma jmorrux f'pajjiżi tal-Amerka Latina. Id-Direttur Ġenerali ta' WHO Margaret Chan qalet li din il-marda kienet osservata s-sena l-oħra u hemm ħafna tħassib dwar il-mod kif din qiegħda tinxtered fil-kontinent.
More in Sports