Li kieku ma kienx għalikhom 'we would not be here' - Joe Caruana Curran

Jikkonferma li t-tim tal-waterpolo sab kull ghajnuna mill-Gvern u jikkritika dak li ħareġ David Agius f'isem il-PN

Illum jibdew l-impenji tat-tim Malti tal-waterpolo. Dan wara kwalifikazzjoni storika. Biex it-tim kien imhejji sew ghas-Serbja, fejn il-livell hu qisek qed tghid EURO 2016 fil-futbol, il-gvern ta appogg kbir. Dan ikkonfermah il-president tal-ASA, Joe Caruana Curran li waqt konferenza tal-aħbarijiet fis-Serbja quddiem il-prim Ministru Joseph Muscat u l-mInistru tas-saħħa u Enerġija Konrad Mizzi qal, li hu flimkien mal-grupp kollu jħossuhom kuntenti li warajhom hemm ukoll il-Prim Ministru, "iżda jiddispjaċini nara kummewnti mingħand l-ONOR David Agius f'isem il-PN (li qal li l-ASA u t-team tal-waterpolo ma sabx gġajnuna mill-gvern). Li nixtieq ngħid hu li mingħajr ma nidħol fil-politika għax dik sta għal politiċi li jiddiskutuha, Irrid ngħid li malli kkwalifikajna gġħal final stages li hi ħaġa storika, sew il-prim ministru kif ukoll Chris Agius bagħtu jgħidulna li dak kollu li se jkollna bżonn se jaraw kif jagħmlu bie xjgħinuna biex ma jkollniex pressjoni żejda fuqna. U għandi pjaċir ngħid li dak kollu li tlabna lil prim ministru u lil kabinett, kulmin kellu l-opportunita li jgħin għenuna all the way. Żgur illi (u ħares lejn il-prim ministru) li ma kienx għalikom we would not be here." Irrtingrazzjah mill-qalb u wegħdu li din il-kwalifikazzjoni hi l-bidu għax il-waterpolo mhux se jieqaf hemm. "Din hi wegħdha li qed nagħmlulek għax nafuk bħala assoċjazzjoni li 'you do put your money where your mouth is."

More in Sports